Id-Dipartiment tal-Affarijiet Rurali daħal fi ftehim ma' The Veterinary Clinic Malta għall-provvista ta' servizz veterinarju ta' emerġenza wara l-ħinijiet tax-xogħol, inklużi kirurgi veterinarji u infermiera veterinarji. Il-valur finali tal-kuntratt huwa ta' €234,000.