Il-Kunsill Lokali ta' Pembroke daħal fi ftehim ma' Energetika Ltd għall-provvista, installazzjoni u kummissjonar ta' sistema ta' pannelli fotovoltajċi ta' mill-inqas 7.20 kWp, magħmula minn 16-il modulu PV ta' mill-inqas 450Wp, flimkien ma' batterija tal-ħażna ta' mill-inqas 10 kWh fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, inkluż ukoll l-integrazzjoni tal-kapaċità PV eżistenti ta' 2.16 kWp fuq l-inverter il-ġdid u r-rimi xieraq tal-inverter l-antik, għal valur ta' 15,648 €.