Id-Dipartiment tal-Pulizija daħal fi ftehim ma' Alberta Fire and Security Equipment Limited għall-aġġornament u l-espansjoni tal-kopertura tas-sorveljanza tas-CCTV fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Il-kuntratt, li huwa għal provvisti, għandu valur totali ta' 290,104 Ewro. Il-kriterju tal-għoti kien ibbażat fuq l-ispiża.